Saturday, November 16, 2024

AĠĠORNAT: Tifel ta’ seba’ snin fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ trailer f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Tifel ta’ 7 snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2.15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li mara ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żabbar tilfet il-kontroll tal-karozza u ħabtet ma’ trailer li kien ipparkjat. Passiġġier fil-karozza kien hemm tifel ta’ seba’ snin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assistew lill-persuni involuti fl-inċident, fejn permezz ta’ ambulanza ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni lbieraħ:

Tifel ta’ seba’ snin kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żabbar kienet tilfet il-kontroll tal-karozza Renault Captur li kienet qiegħda ssuq u ħabtet fi trailer. Passiġġier fil-karozza kien hemm it-tifel imsemmi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li taw l-ewwel assistenza lit-tfajjel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport