Wednesday, July 24, 2024

528 passiġġier maqbudin fi Munich minħabba koas ikkawżat mill-borra

… Lukandi mimlijin u nuqqas ta' ikel ikomplu jiggravaw is-sitwazzjoni

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament tagħha tagħha b’rabta mal-borra qawwija li affettwat it-titjiriet tal-operat tagħha, l-Air Malta qalet li l-għeluq tal-ajruport ikkawża kaos sħiħ bil-lukandi jispiċċaw mimlijin u l-ħwienet tal-ikel fl-ajruporti spiċċaw b’nuqqas ta’ provvista ta’ ikel.

Dan wassal biex eluf ta’ passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ spiċċaw maqbudin fl-ajruport f’din is-sitwazzjoni. 

Id-disa’ titjiriet li ġew kanċellati rriżultaw f’528 passiġġier imwaħħlin fi Munich u 690 oħrajn li ma setgħux itiru minn Malta lejn Munich.

Dalgħodu: L-Air Malta tikkanċella aktar titjiriet minn u lejn Munich minħabba l-borra

Wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd kien hemm numru ta’ titjiriet kanċellati minħabba borra qawwija fi Munich, fl-aħħar aġġornament tagħha l-Air Malta qalet li kellha tikkanċella żewġ titjiriet oħra.

Ħabbret li kellha tikkanċella t-titjira KM306 u KM308 minn Malta lejn Munich u KM307 u KM309 minn Munich lejn Malta.

Il-linji tal-ajru jibqgħu jistennew aktar dettalji dwar sitwazzjoni aħjar fil-ħin li ġej.

Is-Sibt Filgħaxija: Aktar titjiriet kanċellati

Minħabba l-borra qawwija kontinwa, l-Ajruport ta’ Munich ħabbar li dan se jibqa’ magħluq sa mhux aktar kmieni mis-2:00 p.m t’għada.

Minbarra l-kanċellazzjoni tal-KM309 tal-bieraħ u dawk kollha tal-lum, l-Air Malta ħabbret li huwa neċessarju li tikkanċella l-KM306 minn Malta lejn Munich u KM307 minn Munich lejn Malta skedati li jtiru għada.

Il-linji tal-ajru jkomplu jistennew aktar aġġornamenti mill-Ajruport ta’ Munich dwar titjiriet ippjanati għal għada wara s-2:00 p.m.

Is-Sibt Filgħodu: Ajruplan tal-Air Malta maqbud Munich minħabba l-borra

Ajruplan tal-Air Malta (KM309) qed jistenna li l-ajruport ta’ Munich fil-Ġermanja jerġa’ jinfetaħ wara li ngħalaq minħabba l-borra.

L-għeluq tal-ajruport wassal biex tħassru erba’ titjiriet (KM306/307/308/309) bejn Munich u Malta li kellhom isiru matul illum.

Il-linji tal-ajru li jtiru lejn Munich qed jistennew informazzjoni dwar it-titjiriet li huma mistennija joperaw għada l-Ħadd 3 ta’ Diċembru.

Klijenti li bbukkjaw titjira diretta mal-Air Malta jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa billi jikkuntattjaw lill-kumpanija fuq [email protected]. Dawk li bbukkjaw mal-aġenti huma ġentilment mitlubin jikkuntattjaw l-aġenziji tal-ivjaġġar rispettivi 

Ekonomija

Sport