Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: Żewġ passiġġieri jweġġgħu gravi wara li nqalbu bil-karozza fil-limiti tal-Baħrija

Aqra wkoll

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara li għall-ħabta tas-2:45 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Bieb ir-Ruwa bejn ir-Rabat u l-Baħrija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti ż-Żejtun għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Mazda Demio li kien qiegħed isuq, qabad il-ħajt u konsegwentament spiċċa bil-karozza maqluba fuq il-ġenb. Miegħu kellu rekbin tliet passiġġieri oħra – Raġel ta’ 64 sena, mara ta’ 56 sena u oħra ta’ 64 sena, kollha miż-Żejtun.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu lill-persuni kollha li kienu fil-karozza għal aktar attenzjoni medika. Aktard tard tnejn mill-passiġġieri, mara ta’ 56 sena u raġel ta’ 64 sena, kienu ċċertifikati li weġġgħu gravi filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ma weġġgħux.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport