Tuesday, December 24, 2024

AĠĠORNAT: Żewġt anzjani bi ġrieħi ħfief wara li nqalbu bil-karozza f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 75 sena kien qed isuq karozza, tal-għamla Mercedes meta għal xi raġuni nqaleb bil-karozza li spiċċat fuq is-saqaf. Riekba miegħu kien hemm anzjana ta’ 76 sena.

Iż-żewġt persuni ngħataw assistenza medika fuq il-post sakemm setgħu jittieħdu lejn l-isptar b’ambulanza. Aktar tard irriżulta li kienu sofrew ġrieħi ħfief.

Kawża ta’ dan l-inċident inġemgħet konġestjoni tat-traffiku f’diversi żoni fil-madwar.

Ekonomija

Sport