Monday, May 13, 2024

Serie A: Milan jibdew is-sena b’rebħa għand Salernitana

Aqra wkoll

Meta rritorna l-Kampjonat Taljan, Sandro Tonali kien l-ispirazzjoni taċ-champions Milan hekk kif bdew is-sena fuq nota mill-aktar pożittiva meta marru għand Salernitana u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Ir-Rossoneri kellhom bidu tajjeb meta wara biss għaxar minuti huma fetħu l-iskor meta Sandro Tonali għadda through-pass lejn Rafael Leao li għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u dar mal-goalkeeper Guillermo Ochoa biex skorja minn pożizzjoni veramet angolata. 

Dan il-goal kien ifisser l-ewwel goal tas-sena 2023. 

Ħames minuti wara, kien l-istess Sandro Tonali li rdoppja meta x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Ochoa, iżda mbagħad skorja mat-tieni tentattiv tiegħu wara li rċieva mingħand Brahim Diaz.

Fit-58 minuta, Milan skorjaw iżda l-goal ma ġie konvalidat minħabba pożizzjoni ta’ offside ta’ Diaz. 

Minkejja li l-Milanisti ddominaw dan il-konfront, kienu Salernitana li, fit-83 minuta, naqqsu l-marġni tal-iskor minn Federico Bonazzoli wara azzjoni ta’ kontrattakk.  

Sport