Saturday, October 26, 2024

AĠĠORNAT: Żewġt ibniet l-Isptar wara li vann tal-iskola spiċċa f’ħajt fl-Imsida

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1:30 p.m seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Isqof F.S Caruana fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li xufier ta’ vann bl-istudenti kien tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt f’tentattiv li jevita karozza oħra li allegatament baqgħet ħierġa minn fuq Stop sign.

Fil-post issejħu timijiet mediċi u ambulanzi li taw l-ewwel għajnuna kemm lix-xufier kif ukoll lill-istudenti. Fortunatament minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ħadd minn dawk involuti ma sofra ġrieħi gravi, iżda l-istaff tal-Isptar Mater Dei baqa’ jeżamina lil dawk involuti minħabba raġunijiet ta’ prekawzjoni.

Żewġt ibniet minn dawk li kienu fil-vann ittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika minħabba xi ġrieħi ħfief li sofrew.

Konsegwentament parti mit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin u fil-post issejħu wkoll uffiċjali ta’ Transport Malta li ddiriġew it-traffiku filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident.

Sport