Monday, May 13, 2024

AĠĠORNATA: Anzjan imut wara li ttajjar f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Anzjan tilef ħajtu wara li għall-ħabta tas-2:15 p.m ittajjar minn karozza fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 90 sena residenti San Pawl il-Baħar kien ittajjar minn karozza tal-għamla Peugeot 208 misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Ħamrun.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li beda jassiti lill-anzjan fuq il-post minħabba ġrieħi serji li sofra. Madanakollu, minkejja anke tentattiv ta’ CPR fuq il-post, huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-mumenti wara.

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali li qed jidderiġu t-traffiku minħabba li t-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet.

Nifhmu li b’rabta mal-każ mistennija tinfetaħ inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea.

Sport