Saturday, May 18, 2024

Aġġornata: Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Anzjana ddaħħlet l-Isptar wara li għall-ħabta tan-12:30 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjana ta’ 72 sena mill-Mellieħa sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 74 sena. Iż-żewġ persuni huma residenti l-Mellieħa stess.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lil mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport