Sunday, May 5, 2024

Appell lill-pubbliku biex jgħin fit-tfittxija ta’ Max … kelb li jgħin tifel nieqes mid-dawl t’għajnejh

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, persuna appellat lill-pubbliku permezz tal-midja soċjali sabiex jgħin fit-tfittxija ta’ Max — kelb li ntilef fl-inħawi ta’ Ħal Far. Max huwa tar-razza Golden Retriever u li għandu karattru ferrieħi kif ukoll huwa ċċippjat iżda bħalissa jinsab bla kullar. 

Dan il-kelb huwa ta’ tifel li kellu l-marda tal-kanċer u nieqes mid-dawl t’għajnejh. Għalhekk apparti li dan il-kelb huwa għal qalb it-tifel u verament iħobbu, huwa wkoll kelb gwida li jgħinu ħafna.

Fl-appell tagħha hija ħeġġet lill-pubbliku sabiex min jilmaħ dan il-kelb iċempel fuq 99465576, 99550292 jew 79331912.

Dik il-persuna li tirritorna lil Max lura għand is-sid se tingħata rigal bħala ġest ta’ apprezzament.

Sport