Friday, July 31, 2026
Home Sport Juventus iħejju offerta għal Roberto Firmino?

Juventus iħejju offerta għal Roberto Firmino?

0
634

Juventus qed iħejju offerta għal Roberto Firmino, meta l-attakkant ta’ Liverpool jidħol fl-aħħar sitt xhur tal-kuntratt tiegħu f’Jannar.

Minkejja li rreġistra tliet goals u tliet assists fl-aħħar tliet dehriet tiegħu fil-Premier League, il-futur ta’ Firmino f’Merseyside għadu mhux ċar, bil-kuntratt tiegħu se jiskadi fi tmiem l-istaġun attwali.

B’hekk, ladarba tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, il-clubs barranin kollha jkunu liberi li jiddiskutu t-termini fuq ftehim ta’ qabel il-kuntratt biex jiffirmaw lil Firmino bi free transfer fis-sajf li ġej, sakemm il-Brażiljan ma jestendix il-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool minn issa.