Friday, May 3, 2024

AĠĠORNATA: Arrestat raġel ieħor wara tfittxija f’remissa fil-Marsa

Aqra wkoll

Għaxar persuni ġew arrestati waqt operazzjoni mmexxija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Belt Valletta u l-Marsa. 

Għal dawn l-aħħar jiem il-Pulizija osservat il-movimenti ta’ Maltija ta’ 30 sena u raġel barrani ta’ 31 sena, li allegatament kienu qegħdin jużaw mill-inqas żewġ postijiet fi Triq l-Isptar il-Qadim, il-Belt Valletta, sabiex fihom isir traffikar ta’ droga. 

Aktar kmieni, għall-ħabta tas-6.30 a.m., il-Pulizija komplew bl-osservazzjoni fuqhom u ġew arrestati fi Triq l-Arċisqof, fil-Belt Valletta. Biż-żewġ suspettati ewlenin arrestati, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mill-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit, tar-Rapid Intervention Unit, flimkien ma’ tad-Distrett u tal-Komunità tal-Belt u l-Floriana, wettqet rejd fiż-żewġ residenzi. 

Minn hawn ġew arrestati seba’ persuni oħra; mara oħra Maltija u sitt irġiel barranin. Minn tfittxijiet illi saru fir-residenza ġiet elevata sustanza suspettata kokaina, flus kontanti, ġojjellerija u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga. 

L-operazzjoni imbagħad kompliet fil-Marsa, fejn ġiet iċċirkondata stalla fi Triq it-Tiġrija. Hemmhekk ġie arrestat Malti ta’ 50 sena residenti ż-Żejtun u minn tfittxija li saret f’remissa, insabet ammont ta’ sustanza suspettata kannabis, kokaina u droga sintetika, lesta biex tiġi ttraffikata. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella qiegħda tmexxi inkjesta.

Sport