Thursday, April 18, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li nqabad bejn żewġ trakkijiet fin-Naxxar 

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Sqaq Ħabel Żwejra fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem kien inqabad bejn żewġ trakkijiet DAF wara li mar biex iċaqlaq wieħed minnhom.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel midrub lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Intalbet ukoll l-assistenza ta’ Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport