Friday, May 3, 2024

ARA: Jimmasturba, jarmi u jsabbat fuq karozza fi triq f’Marsaskala

Aqra wkoll

Filmat li qiegħed jiċċirkola fil-midja juri immigrant jimmasturba fi triq f’Marsaskala wara li nġibdiltu l-attenzjoni għax kien qiegħed jarmi xi affarijiet għal nofs it-triq.

Il-filmat ittieħed lbieraħ u fl-istess filmat l-immigrant jidher jikxef il-parti tiegħu u jimmasturba filwaqt li anke deher isabbat b’idejh fuq bonnet ta’ karozza.

Il-Pulizija min-naħa tagħha kkonfermat dwar rapport b’rabta ma’ dan il-każ u li min-naħa tagħha bdiet minnufih bl-investigazzjoni fejn ir-raġel ġie interċettat, mitkellem u anke eżaminat minħabba l-istat mentali tiegħu.

Sport