Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNATA: Bdew jiġu identifikati wħud mill-vittmi tal-isparatura f’Texas

Aqra wkoll

Għadhom kemm bdew jiġu identifikati wħud mill-vittmi li fis-sigħat li għaddew nqatlu fi sparatura fi skola primarja fin-naħa ta’ isfel ta’ Texas. 

B’kollox huwa rrappurtat li kien hemm 21 vittma: 19-il tifel u tifla — li erbgħa minnhom huma: Uziyah Garcia, Xavier Javier Lopez ta’ 10 snin, Amerie Jo Garza ta’ disa’ snin, u Annabell Guadalupe Rodriguez ta’ 10 snin; u żewġ għalliema Eva Mireles u Irma Garcia.

L-għalliema Eva Mireles

Minn informazzjoni li ġiet ippubblikata fuq is-sit tal-iskola ngħad li Mireles hija miżżewġa pulizija u l-koppja huma ġenituri ta’ tifla. Mireles  ilha taħdem bħala għalliema għal dawn l-aħħar 17-il sena.

L-Isptar San Antonio ħabbar li tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 66 sena jinsabu f’qagħda kritika filwaqt li żewġt ibniet (waħda ta’ disa’ u oħra ta’ 10 snin) jinsabu f’kundizzjoni stabbli.

Fid-dawl ta’ dan il-“massakru”, il-President Amerikan Joe Biden appella sabiex ikun hemm kontroll tal-armi għaliex “L-idea li persuna ta’ 18-il sena tista’ tidħol f’ħanut li jbigħ l-armi u taqbad u tixtri żewġ ‘assault weapons’ hija mentalità ħażina”.

L-aggressur, Salvador Ramos, li kellu 18-il sena, fetaħ in-nar fl-Iskola Elementari Robb, fil-belt ta’ Uvalde, qabel ma nqatel mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. 

L-investigaturi qalu li s-suspettat kien armat b’AR-15 semi-automatic rifle. Iż-żagħżugħ huwa suspettat li spara fuq nanntu qabel l-attakk. 

Il-midja lokali qiegħda tirrapporta li l-ġuvni seta’ kien student tal-iskola sekondarja fiż-żona.

Ekonomija

Sport