Tuesday, May 14, 2024

Jake Galea jħalli lil Balzan FC

Aqra wkoll

Jake Galea iddeċieda li jħalli lill-club tal-Premier League, Balzan.

Il-goalkeeper Malti ngħaqad ma’ Balzan f’Settembru li għadda u għal ħafna mill-istaġun, kien il-goalkeeper regolari.

Fil-fatt, Galea għamel 13-il dehra fil-Kampjonat Premier ma’ Balzan li rnexxielhom jevitaw ir-relegazzjoni biss fl-aħħar ġurnata tal-istaġun.

Issa li l-istaġun ġie konkluż, Galea, li hu rappreżentat minn Sports Pro Management and Consultancy Agency, iddeċieda li jfittex club u sfida ġdida fil-karriera tiegħu.

Matul il-karriera tiegħu, Jake Galea libes ukoll il-flokk ta’ St Andrews qabel ma mbagħad ingħaqad ma’ Hamrun Spartans u Sliema Wanderers.

Galea huwa wkoll parti mill-istruttura tat-team nazzjonali u s’issa għamel erba’ dehriet mal-iskwadra tal-kbar.

Sport