Friday, May 17, 2024

Team PIT jikseb it-tieni post fl-avveniment tal-Crossfit klassiku The Lowlands

Aqra wkoll

It-tim ta’ erbgħa kompost minn żewġt irġiel u żewġ nisa kkwalifikaw għall-avveniment fi Frar li għadda. It-team kiseb l-ewwel post fil-kwalifikazzjoni għall-avveniment ewlieni f’Amsterdam.

L-erba’ atleti, Pamela Psaila, Corissa Vella White, Russel Bugeja u Daryl Psaila kkompetew kontra 19-il team internazzjonali ieħor fi tlett ijiem ta’ kompetizzjoni. It-team ġie ttestjat f’sitt avvenimenti inklużi reżistenza, ġinnastika u Weightlifting Olimpiku.

Team Pit kellu bidu tajjeb fl-ewwel ġurnata b’rebħa tal-avvenimnet li ħa sehem fih. u spiċċa l-ewwel jum fl-ewwel post fil-leaderboard. It-team kompla jibni l-momentum fi tmiem il-ġimgħa billi rebaħ avveniment ieħor fit-tieni jum u żamm l-ogħla post fuq il-leaderboard fit-tieni jum.

It-team irnexxielu jikseb il-podju permezz tat-tieni post t wara l-aħħar workout f’wieħed mill-akbar u l-aktar avvenimenti prestiġjużi tal-Crossfit organizzati fl-Ewropa.

Sport