Erba’ persuni ttieħdu l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kienu involuti f’ħabta fi Triq Birżebbuġa f’ Birżebbuġa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet karozzi; Mercedes misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena u li magħha kien hemm riekba tfajla ta’ 16-il sena, Volgswagen Golf misjuq minn raġel ta’ 31 sena u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 25 sena. Il-persuni kollha involuti f’dan l-inċident jirrisjedu f’Birżebbuġa.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza tagħhom fejn fost l-oħrajn ikkontrollaw in-nirien li ħakmu waħda mill-karozzi.
Fil-post issejħu ambulanzi u tim mediku li assista lil dwk kollha involuti sakemm dawn setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa il-kundizzjonijiet tagħhom għadhom mhumiex magħrufa.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.