Thursday, May 9, 2024

L-Istati Uniti tiddikjara l-monkeypox bħala emerġenza tas-saħħa pubblika

Aqra wkoll

Il-Gvern Amerikan iddikjara t-tifqigħa tal-ġidri tax-xadini (monkeypox) bħala emerġenza tas-saħħa pubblika wara żieda fil-każijiet irrappurtati. Din id-deċiżjoni se tħaffef id-distribuzzjoni tal-vaċċini, trattamenti u riżorsi federali oħra sabiex jitrażżan it-tixrid tal-virus. 

Dan qed iseħħ f’inqas minn ħmistax wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħarġet l-ogħla twissija ta’ emerġenza tagħha wara żieda qawwija fil-każijiet madwar id-dinja. 

Il-każijiet ta’ monkeypox laħqu s-6,600 fl-Istati Uniti, skont uffiċjali tas-saħħa. Kwart minn dawn il-każijiet kienu fl-istat ta’ New York, li ddikjara l-istat ta’ emerġenza tiegħu stess dwar il-marda l-ġimgħa li għadiet. 

Isegwu New York hemm l-istati ta’ California u Illinois, li ddikjaraw stati ta’ emerġenza aktar kmieni din il-ġimgħa. 

Skont data miċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC), aktar minn 26,000 każ kienu kkonfermati madwar id-dinja din is-sena. 

Xi esperti tas-saħħa pubblika esprimew tħassib li d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza tista’ tkompli tistigmatizza din il-marda.

Sport