Tuesday, May 21, 2024

AĠĠORNATA: Ħadd ma jindarab wara splużjoni segwita minn nirien f’Baħar iċ-Ċagħaq

Aqra wkoll

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Talk.mt li iktar kmieni waranofsinhar, għall-ħabta tas-1:15 p.m., kien hemm xi nirien fis-sit tal-caravans li kienu kkawżati minn splużjoni, fl-inħawi tal-iSplash & Fun, f’Baħar iċ-Ċagħaq.

F’dan l-inċident inħarqu tliet strutturi tal-ħadid, kif ukoll karozza u vann li kien hemm fil-madwar.

Minnufih numru ta’ pumpiera ssejħu fil-post biex jassistu fit-tifi tan-nar u sabiex jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex jinħarġu n-nies li kienu maqbuda fl-istrutturi tal-ħadid.

Fuq il-post issejħu tim mediku u ambulanza sabiex ikunu jistgħu jassistu lin-nies f’każ ta’ bżonn.

Kelliem għal dan is-sit ikkonferma li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġstrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo li ordna inkjesta.

Sport