Tuesday, April 30, 2024

Iweġġa’ serjament wara li sofra ħruq waqt xogħol ta’ manutenzjoni fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-11:00 a.m., kien involut f’inċident f’bitħa fi Triq San Pawl Kuntent, ir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti l-Gudja, sofra minn xi ħruq waqt li kien ġo garaxx qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq dgħajsa.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġstrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo li ordna inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport