Wednesday, April 17, 2024

Nisa li jitilqu jiffaċċjaw theddid li jweġġgħulhom lil uliedhom

Għal Malta minuri f’dan l-ambjent huma f’periklu u għaldaqstant irid jiġu protetti

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fir-rapport annwali ppubblikat mill-grupp ta’ esperti tal-Kunsill tal-Ewropa għal Azzjoni Kontra l-Vjolenza fuq Nisa u Vjolenza Domestika, GREVIO, sab li ħafna pajjiżi mhumiex joffru biżżejjed protezzjoni lit-tfal u lill-vittmi ta’ vjolenza domestika. L-enfasi partikolari f’dan ir-rapport intitolat “Vjolenza Domestika: Il-Pajjiżi Għandhom Itejbu s-Sigurtà tal-Kustodja tat-Tfal u l-Protezzjoni tal-Vittmi” hija fuq kwistjonijiet fejn jidħlu servizzi kif ukoll deċiżjonijiet rigward il-kustodja tat-tfal u l-aċċess meta jkun hemm vjolenza domestika. Tema u sitwazzjonijiet li jolqtu lilna wkoll lokalment. 

Barra t-trawma lit-tfal u l-perikli msemmija l-esperti semmew fatt reali li nisimgħu dwaru fost vittmi ta’ vjolenza domestika, jiġifieri dak li meta mara titlaq lill-agressur tagħha biex toħroġ mill-ambjent ta’ vjolenza domestika dawn jiġu mhedda bit-tfal. GRIEVO fuq l-abjad u l-iswed ġab realtajiet iebsa għal ommijiet vittmi ta’ vjolenza domestika fejn wissa li ħafna drabi dawn in-nisa li jitilqu jiffaċċjaw theddid li jweġġgħulhom lil uliedhom. Dan it-tip ta’ theddid ħafna drabi jsir minn taħt u ‘l bogħod mill-widnejn ta’ min għandu l-awtorità li jevita li jkun hemm kuntatt “perikoluż” permezz ta’ aċċess superviżjonat, aċċess li wkoll ġie skrutinat minn GRIEVO.

Li t-tfal ikunu xhieda jew huma stess vittmi ta’ vjolenza domestika hija trawma u periklu li għalkemm hija fatt magħruf ta’ spiss nisimgħu b’każijiet simili, speċjalment min ikun f’dan l-ambjent u għal daqstant jaf x’jiġifieri. GREVIO stess jikkonferma u jisħaq li għandu jkun hemm strutturi u servizzi biex kemm il-vittma ta’ vjolenza domestika, kif ukoll l-ulied, ma jkunx f’ambjent jew theddid minn abbuż bħal dan. Dwar dan tkellimna mal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon.

Ekonomija

Sport