Friday, December 27, 2024

AĠĠORNATA: Identifikat ir-raġel li miet waqt li kien qiegħed jgħum fil-Qawra

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu ’l barra mill-kosta tal-Qawra. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-5:45 p.m. meta persuni li kienu fil-post sejħu għall-assistenza tal-pulizija fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Gżejjer u indikaw li fil-baħar hemm raġel x’aktarx mejjet. 

Skont investigazzjoni li saret jidher li raġel ta’ 81 sena residenti San Pawl il-Baħar sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum kawża ta’ dik li tidher li kienet kundizzjoni medika.

Minnufih ġew imsejħa wkoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta li ħadu lir-raġel f’Xatt it-Tiben permezz ta’ patrol boat. Sfortunatament hemmhekk ġie ċċertifikat mejjet. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport