Wednesday, April 24, 2024

Tliet Maltin fost l-awturi tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-Forti Sant’Iermu se jservi bħala l-ispazju storiku Mediterranju li se jilqa’ lill-udjenza fiż-żewġt iljieli ta’ nhar il-Ġimgħa 26 u s-Sibt, 27 ta’ Awwissu għall-“Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta”. Dan il-festival se jilqa’ tmien awturi internazzjonali u fosthom hemm tlieta Maltin li huma Antoinette Borg (Malta), Aleks Farrugia (Malta), Adrian Grima (Malta), Bella Cox (ir-Renju Unit), Jacobo Bergareche (Spanja), Julia Musakovska (l-Ukrajna), Claudio Pozzani (l-Italja) u Lamis Saidi (l-Alġerija). 

Bħala parti mill-Festival se jittella’ workshop tat-traduzzjoni li se jitmexxa minn Nadia Mifsud. It-traduzzjonijiet u x-xogħlijiet oriġinali se jiġu ppreżentati quddiem il-pubbliku fil-Forti. 

“Inizjamed” qiegħda ttella’ dan il-Festival bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Festival qiegħed jikkollabora wkoll ma’ Creative Europe Desk – Malta, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Literature Across Frontiers. 

Dan il-Festival huwa rikonoxxut internazzjonalment permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe.

Sport