Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNATA: Identifikat ir-raġel li ttajjar fil-Marsa lbieraħ

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Veneżwela ttajjar minn karozza Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Fgura.

L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

Fil-post issejħu numru ta’ uffiċjali, tim mediku u ambulanza. Il-persuna qiegħda tingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza.

Nifhmu li se tkun qiegħda tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet ikjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marse-Ann Farrugia filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport