Saturday, December 14, 2024

AĠĠORNATA: Il-ħsara kkawżata mir-Russi tingħata prijorità fil-laqgħa f’Kyiv

Aqra wkoll

Il-President tal-Polonja, tal-Latvia, tal-Lithuania u tal-Estonja ltaqgħu iżjed kmieni waranofsinhar f’Borodyanka, fil-fruntiera ta’ Kyiv sabiex jevalvaw il-ħsarat ikkawżati mill-forzi Russi f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-ġurnalista Ingliża Anna Foster li llum kienet tinsab fi Kyiv tispjega li kull bini li għaddew minn quddiemu kellu t-twieqi mkissrin, apparti l-għadd ta’ ħofor fit-toroq.

Hija tgħid li jeħtieġ isir ħafna xogħol sabiex dawn il-bliet jerġgħu jkunu fi stat sikur għall-abitanti.

IŻJED TARD DALGĦODU: Il-President Ġermaniż mhux milqugħ biex jattendi għal-laqgħa tal-lum fi Kyiv

Il-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier mhux se jkun preżenti għal-laqgħa li għandha ssir illum — kif kien irrappurtat iktar kmieni dalgħodu — bejn il-President Pollakk u l-Presidenti tal-Istati tal-Balkani flimkien mal-President Ukren.

Ritratt: EPA

Steinmeier irrifjuta l-istedina għal din il-laqgħa hekk kif l-Ukrajna għamlithielu ċara li mhuwiex milqugħ biex jingħaqad magħhom fi Kyiv. Il-ġurnal Ġermaniż Bild ikkwota sorsi Ukreni fejn intqal li Steinmeier ġie mċaħħad milli jattendi għal-laqgħa fi Kyiv “Minħabba li f’dawn l-aħħar snin kellu relazzjoni mill-qrib mar-Russja”. Minflok, ġie mistieden il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz.

Il-ġimgħa l-oħra,il-President Ġermaniż ammetta li kien żbaljat dwar ir-Russja; qal li l-politika Ġermaniża falliet fil-konfront ta’ Moska u li mar imqarraq meta prova jilħaq ftehim ma’ Putin.

KMIENI DALGĦODU: Iżjed mexxejja b’laqgħa mal-President Ukren iktar tard illum

Il-President tal-Polonja, tal-Lithuania, tal-Latvija u tal-Estonja jinsabu fi triqithom lejn Kyiv sabiex jiltaqgħu mal-President Ukren Volodymyr Zelensky. Dan kien irrappurtat mill-konsulent tal-Mexxej Pollakk.

Ritratt: The Guardian

Din iż-żjara fl-Ukrajna kienet instigata miż-żjara li saret mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ftit tal-jiem ilu fi Kyiv, propju nhar is-Sibt li għadda.

Il-President Pollakk Andrzej Duda sostna li: “Il-pajjiżi tagħna qed juru s-sapport tagħhom lejn l-Ukrajna u lejn il-President Zelensky”. 

Ekonomija

Sport