Sunday, May 5, 2024

“Mhux se nieqaf sakemm il-PN ikun fil-gvern”

Aqra wkoll

Id-deputata tal-PN tibqa’ ssostni li n-nisa m’għandhomx bżonn kwoti biex ikunu eletti

“Se nibqa’ naħdem sakemm nagħmilkom kburin. Mhux se nieqaf sakemm il-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern”. Sostniet dan Eve Borg Bonello ftit sigħat wara li lbieraħ ġiet eletta permezz tal-mekkaniżmu favur iżjed ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament.

Id-deputata Nazzjonalista wegħdet li se tibqa’ viċin in-nies kif jixraqilhom. Hija rringrazzjat lil kull min emmek fil-messaġġ li kienet qiegħda twassal matul il-kampanja elettorali.

Madwar sena ilu Bonello kienet ikkritikat il-mekkaniżmu introdott mill-Partit Laburista u qalet li rridu nneħħu l-perċezzjoni li n-nisa għandhom bżonn xi kwota biex jiġu eletti. Minkejja li dan il-mekkaniżmu għenha biex issib postha fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jidher li d-deputata Nazzjonalista għadha determinata li jekk tingħata l-għażla, tagħżel li tivvota kontra l-mekkaniżmu mingħajr ma taħsibha darbtejn.

Sport