Tuesday, May 14, 2024

Mara bi ġrieħi serji wara li ttajret fil-Marsa-Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Mara ta’ 34 sena residenti Santa Venera qed issofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn vettura fil-Marsa-Ħamrun bypass.
L-inċident seħħ it-Tlieta, għall-ħabta tad-9.00 p.m., xħin il-mara ntlaqtet minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport