Wednesday, May 15, 2024

AĠĠORNATA: Il-lottijiet b’possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tas-Salmonella f’dan il-prodott

Aqra wkoll

B’referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni dalgħodu, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jippreċiża l-lottijiet involuti f’din it-twissija;

Isem tal-prodott: Schoko-Bons

Dittà: Kinder

Piż u Lottijiet: 46g L291, L292, L302, L307, L308, L313, L319, L320, L321, L329, L330, L334, L335, L347, L350, L354

Piż u Lottijiet: 125g L288, L291, L293, L301,L302, L306, L307, L310, L312, L313, L316, L319, L320, L321, L326, L327, L328, L329, L334, L337, L338, L341, L347, L348, L349, L351, L352, L356, L005, L006, L028, L029

Dati tad-durabbilità: Id-dati kollha bejn u inkluż it-28/05/2022 sad-19/08/2022

AKTAR KMIENI: Twissija dwar possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tas-Salmonella f’dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.

Isem tal-prodott: Schoko-Bons

Dittà: Kinder

Piż: 46g u 125g

Dati tad-durabbilità: Id-dati kollha bejn u inkluż it-28/05/2022 sad-19/08/2022

Persuni infettati bis-Salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt (6) u tnejn u sebgħin (72) siegħa wara l-infezzjoni. L-iktar sintomu komuni hija d-dijarea, li tista’ tkun anke bid-demm. Sintomi oħra jinkludu deni, uġigħ ta’ ras u uġigħ fiż-żaqq. L-infezzjoni ddum minn erba’ (4) sa sebat (7) ijiem. Id-dijarea tista’ tkun severa tant li jkun hemm bżonn ukoll dħul fl-isptar.​ 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.​

Sport