Wednesday, April 24, 2024

Jirkupraw 401 u jfeġġu 731 każ

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 731 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 401.

Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 8,357.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huma 652 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu 2 persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Ftit tal-jiem ilu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li għalkemm l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.

Sport