Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel ta’ 43 sena li nstab mejjet f’appartament fis-Swieqi lbieraħ wara nofsinhar.
Mill-awtopsja rriżulta li l-katavru ma kellux sinjali ta’ vjolenza fuqu jew sinjali li seta’ ddefenda lilu nnifsu minn xi aggressjoni. Jirriżulta li l-vittma miet kawża ta’ cardio respiratory failure.
Ilbieraħ: Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar is-sejba ta’ raġel mejjet fi Triq is-Sirk fis-Swieqi.
Il-pulizija kienet infurmata dwar il-katavru għall-ħabta tas-12:45 p.m u aktar tard ġie identifikat bħala l-Avukat Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Dr Karl Muscat ta’ 43 sena.
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali fosthom dawk mit-taqsima tar-reati maġġuri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Mistoqsi mill-ġurnalisti rigward jekk kienx hemm taqlib fir-residenza, kelliem għall-Pulizija qal li ma jidhirx il-każ. Madanakollu huwa rrimarka li minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom fi stadju bikri xejn mhu qiegħed ikun eskluż.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin