Sunday, May 5, 2024

Aġġornata: il-vittma li waqa’ madwar tliet sulari identifikat bħala raġel ta 59 mill-Fgura

Aqra wkoll

Dalgħodu għall-ħabta tad-8:45 a.m., raġel tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident fir-residenza tiegħu Triq il-Ġojjin, il-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 59 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tikħil fir-residenza tiegħu.

Tim mediku mar fuq il-post tal-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport