Sunday, May 5, 2024

Bournemouth ikeċċu lill-coach Scott Parker

Aqra wkoll

Bournemouth ħabbru li keċċew lill-manager Scott Parker tlett ijiem biss wara li ġew umiljati minn Liverpool bl-iskor ta’ 9-0. Huwa ġie akkużat ukoll li wera nuqqas ta’ rispett lejn il-club.

Parker esprima l-frustrazzjonijiet tiegħu bl-attività ta’ Bournemouth fis-suq tat-trasferimenti dan is-sajf, u kien saħaq li t-team żagħżugħ tiegħu mhuwiex ‘mgħammar biżżejjed’ biex jiffaċċja l-isfidi tal-Premier League wara li kiseb il-promozzjoni fl-istaġun li għadda.

Bħalissa, iċ-Cherries jinsabu fis-17-il post fil-klassifika tal-Premier League, wara li tilfu wkoll kontra Arsenal (3-0) u Manchester City (4-0). Peró huma bdew b’rebħa kontra Aston Villa (2-0) fl-ewwel ġurnata ta’ dan l-istaġun.

Sport