Friday, April 26, 2024

Organizzata l-Fiera Tradizzjonali Maltija ġewwa Misraħ is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena fiil-Qrendi

Aqra wkoll

Il-Festa tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi li din is-sena ser tkun organizzata nhar il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2022 mis-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi. Hija festa fejn tkun organizzata bħala Fiera Tradizzjonali Maltija ġewwa Misraħ is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena quddiem is-Santwarju stess tal-Madonna tal-Ħniena li din is-sena wara snin ta’ restawr u konservazzjoni minn barra u kif ukoll min ġewwa ser ikun miftuħ għall-pubbliku biex jitgawda minn kulħadd.

Il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2022

Fl-10.00am ser issir il-quddiesa ġewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena.

Mill-5:00pm ‘il quddiem ser tibda l-Fiera Tradizzjonali Maltija fejn ikun hemm varjetà ta’ logħob fosthom għall-fajjenza u ħa ikun hemm stand tal-ikel u xorb. Is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena ħa jkun miftuħ għall-pubbliku waqt il-Fiera.

Fis-7:30 p.m. ser jibda marċ mil-Banda Lourdes fejn jispiċċa f’Misraħ is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena.

Sport