Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNATA: IMUT WARA LI SAB DIFFIKULTÀ HU U JOGĦDOS F’WIED IŻ-ŻURRIEQ

Aqra wkoll

Tilef ħajtu r-raġel li aktar kmieni sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.

Ikkonfermat dan il-Pulizija wara li aktar kmieni r-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater dei għall-kura. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D.

AKTAR QABEL: RAĠEL FIL-PERIKLU TAL-MEWT WARA LI SAB RUĦU F’DIFFIKULTÀ HU U JOGĦDOS

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ntalab jassisti f’Wied iż-Żurrieq wara li għall-ħabta tal-4:15 p.m raġel sab ruħu f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ġermaniż ta’ 66 sena sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna permezz ta’ CPR fil-post u ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport