Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNATA: Indikazzjoni ta’ ftehim bejn il-Gvern u l-MUT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dan is-sit għandu indikazzjonijiet li fl-aħħar ħin kien hemm ftehim bejn il-gvern u l-MUT u b’hekk kollox jindika li mit-Tnejn li ġej l-iskejjel se jiftħu b’mod normali.

F’kummenti li għamel dalgħodu, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li d-diskussjonijiet fl-aħħar sigħat kienu pożittivi u żied jittama dwar qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Dettalji aktar tard

Il-Ministru Justyne Caruana temmen li l-MUT se tkun qiegħda tirrevedi l-pożizzjoni tagħha

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana f’reazzjoni għall-istrajk tal-MUT qalet li kien hemm diskussjonijiet u li minħabba nuqqas ta’ qbil wassal lill-MUT biex tiddikjara l-azzjoni industrijali.

Mistoqsija dwar il-ftuħ tal-iskejjel, il-Ministru qalet li l-iskejjel tal-istat fetħu fiżikament ilbieraħ u anke illum. Rigward x’se jiġri mill-ġimgħa d-dieħla, l-Ministru qalet li kollox jiddependi mill-membri tal-MUT, iżda kkonfermat li bħalma l-edukaturi kienu preparati biex jedukaw online fl-aħħar xhur, iżda jidher li l-membri tal-MUT qed joffru reżistenza. Hija qalet li bħala gvern jemmnu li l-MUT qed jirrevedu l-pożizzjoni tagħhom.

Il-Ministru Caruana għamlitha ċara li bħala gvern dejjem imxew fuq il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa, jekk il-pariri jinbidlu, il-pożizzjoni tkun qiegħda tinbidel għax warakollox din hija wkoll kwistjoni  ta’ saħħa pubblika.

Mistoqsija dwar l-iskejjel tal-Knisja u dawk tal-istat, il-Ministru qalet dawn għandhom l-istrutturi tagħhom u li huma jibqgħu responsabbli mill-iskejjel tal-istat.

Ekonomija

Sport