Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNATA: It-tfittxija tirriżulta fin-negattiv u t-triq tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku

Aqra wkoll

Talk.mt jinsab infurmat li ntemmet l-investigazzjoni b’rabta ma’ pakkett suspettuż fil-Gudja ntemmet ftit tal-ħin ilu.

L-uffiċjali involuti ħadu kull prekawzjoni minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, iżda permezz tal-apparat li jintuża f’dawn ir-rapporti, it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.

Kif kien żgurat li ma kien hemm l-ebda periklu, il-Pulizija reġgħu fetħu t-triq għat-traffiku u s-sitwazzjoni rritornat għan-normal.

9:45 a.m: Jirraporta dwar pakkett suspettuż fil-vettura… ħidma biex jiġi stabbilit il-kontenut

It-Taqsima tal-Isplussivi fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu għaddejjin b’ħidma biex jinvestigaw pakkett suspettuż f’vettura fil-Gudja.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li  għall-ħabta tad-9:10 a.m ġew infurmati minn sid ta’ vettura li kellu suspett li xi ħadd seta’ ħallielu pakkett suspettuż fil-vettura tiegħu.

Triq dawret il-Gudja tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm jiġi stabbilit il-kontenut fil-pakkett permezz ta’ tagħmir apposta li għandha l-Armata għall-każijiet ta’ din ix-xorta. Jidher li l-Pulizija għalqet din it-triq bħala miżura ta’ prekawzjoni hekk kif il-vettura li qed tiġi ċċekkjata tinsab fi Triq Bir Miftuħ ftit metri bogħod.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport