Raġel iddaħħal l-isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tat-7:45 a.m kien involut f’inċident fl-inħawi tal-Forti Rinella fil-Kalkara.
Mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li ħaddiem ta’ 42 sena residenti Birżebbuġa, waqa’ madwar sular ġo ħofra. Huwa mifhum li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol qabel seħħ dan l-inċident.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistuh u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.