Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNATA: Iweġġa’ gravi wara li żelaq fuq travu tal-ħadid f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq Isouard f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qiegħed jagħmel xi xogħol waqt li kien fuq travu tal-ħadid, żelaq, bil-konsegwenza li waqa’ fuq l-istess travu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar għal aktar kura fejn aktar tard irriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.

Ekonomija

Sport