Sunday, May 5, 2024

Serie A: Faċli għal Juventus kontra Empoli

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Juventus laqgħu lil Empoli u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0.

B’din ir-rebħa huma telgħu fit-tmien post tal-klassifika iżda jinsabu distakkati b’10 punti mil-leaders Napoli.

Il-Bianconeri kellhom bidu tajjeb meta wara biss tmien minuti fetħu l-iskor minn Moise Kean li kkonkluda mill-cross ta’ Filip Kostic.

Il-partita saret waħda bilanċjata hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Iżda filwaqt li Empoli fallew iċ-ċansijiet tagħhom, fis-56 minuta Juventus irduppjaw minn daqqa ta’ ras ta’ Weston McKennie.

Tmien minuti mit-tmiem, it-team immexxi mill-caoch Maximiliano Allegri, aċċerta mir-rebħa meta Adrien Rabiot xeħet fix-xibka minn daqqa ta’ ras … u l-istess player issiġilla r-rebħa meta mill-cross ta’ Danilo ddepożita l-ballun fix-xibka.

Sport