Wednesday, April 17, 2024

AĠĠORNATA: Iż-żiemel jitneħħa u t-triq tinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku

Aqra wkoll

Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida tinsab mill-ġdid miftuħa għat-traffiku wara li tneħħa ż-żiemel li aktar kmieni waqa’ minn għoli fl-imsemmija triq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żiemel miet wara li waqa’ minn għoli għall-ħabta tas-7:30 a.m.

Fil-post issejħu minnufih uffiċjali tal-pulizija flimkien ma’ dawk tal-Animal Welfare.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident.

Ekonomija

Sport