Friday, December 13, 2024

AĠĠORNATA: “L-attakk ta’ dalgħodu fuq il-Lviv huwa ġenoċidju”

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Lviv, Andriy Sadovyi, fisser l-attakk li seħħ fi Lviv bħala “ġenoċidju”.

Sadovyi kkonferma li fl-attakk li seħħ iktar kmieni dalgħodu kien hemm sitt persuni li sfaw vittma — l-istess bħala ddikjara l-Mexxej ta’ Lviv Maksym Kozytskyy, filwaqt li l-ammont ta’ persuna midruba huwa 11, b’żewġ persuni minnhom jinsabu f’qagħda kritika. 

Waħda mill-karozzi li ġarrbet ħsarat kbar fl-attakk ta’ Lviv. Ritratt: Twitter – @AndriySadovyi

F’messaġġ li xerred fuq il-midja soċjali, akkumpanjat minn ritratt ta’ karozza li ġarrbet għadd ta’ ħsarat, huwa qal li madwar 40 karozza ġarrbu ħsarat kbar bħala kawża ta’ dan l-attakk. 

Aġġornament: Sitt vittmi fl-attakk li seħħ fi Lviv

Sitt persuni sfaw vittmi — fosthom persuna ta’ età żgħira — u tmienja oħra midruba fl-attakk li seħħ fuq faċilitajiet militari fi Lviv iktar kmieni dalgħodu. Dan kien ikkonfermat ftit tal-ħin ilu mill-Mexxej ta’ Lviv Maksym Kozytskyy.

L-ewwel air raid rigward dan l-attakk seħħ fis-5.45am, kif inhu rrappurtat mill-ġurnalist tal-BBC Dan Johnson. L-istess ġurnalist li kien preżenti fi Lviv waqt il-ħin tal-attakk, argumenta li dan mhux l-uniku air raid li qatt seħħ fi Lviv matul il-gwerra Russo-Ukrajna.

Infatti, f’dawn l-aħħar ftit jiem kien hemm sensiela ta’ air raids fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Ir-residenti ttamaw li dan l-allarm ta’ dalgħodu ma jwassalx għal ħsarat fi Lviv — f’attakk li kien seħħ jiem qabel mill-forzi Russi kien irrappurtat li uffiċjali Ukreni qalu li ma laħqitx saret ħsara mill-missili. Sfortunatament, l-attakk ta’ dalgħodu ħa andament differenti.

S’issa għadu mhux ikkonfermat x’wassal għal dan l-attakk fi Lviv u jekk dan l-attakk kienx instigat mir-Russi.

IKTAR KMIENI: Irrappurtati numru ta’ splużjonijiet fil-belt ta’ Lviv

Lviv, belt fl-Ukrajna, ftit tal-ħin ilu għadha kemm ġarrbet numru ta’ splużjonijiet.

Minkejja li għadu mhux ikkonfermat x’ġara eżatt, il-ġurnalist tal-BBC Toby Luckhurst jiddeskrivi li deher duħħan kbir fiż-żona fejn seħħew l-isplużjonijiet u saħansitra jirrapporta li wieħed mill-membri tal-BBC ra missila ttir fl-ajru.

Maksym Kozytskyy – Ritratt: en.wikipedia.org

Minn informazzjoni preliminari li waslet lill-Mexxej ta’ Lviv Maksym Kozytskyy, jidher li r-reġjun ta’ Lviv ġie attakkat minn erba’ missili. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jibqa’ jistkenn fix-xelters.

Tliet kwarti qabel ma bdew l-isplużjonijiet, fi Lviv diġà bdew jinstemgħu l-air raids.

Ekonomija

Sport