Saturday, October 26, 2024

AĠĠORNATA: Mara l-isptar wara inċident f’residenza f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Mara ttieħdet l-Isptar b’urġenza wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-12:45 p.m kienet involuta f’inċident f’residenza fi Triq Sant Antnin f’Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 27 sena residenti l-Kalkara kienet qiegħda tagħmel xi xogħol f’appartament li jinsab fit-tielet sular ta’ blokka ta’ appartamenti meta waqa’ fuqha xi madum.

Fil-post issejħu pulizija, tim mediku u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex it-tfajla titniżżel permezz ta’ vettura tal-istess dipartiment biex il-persuna setgħet titniżżel minħabba l-ġrieħi li sofriet.

Hija ngħatat l-ewwel assistenza medika fil-post sakemm setgħet tittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Fil-post issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta li dderiġew it-traffiku waqt l-operazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport