Friday, December 13, 2024

Aġġornata: Minn għada min sejjer Sqallija jrid jippreżenta swab test negattiv

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Virtu Ferries għadha kemm ħabbret li fl-aħħar ħin ġiet infurmata mill-awtoritajiet Sqallin li minn għada l-passiġġieri kollha li jivvjaġġaw lejn Sqallija għandhom jippreżentaw swab test negattiv. Il-kumpanija qalet li anke r-rapid test huma aċċettati.

Passiġġieri mingħajr swab test negattiv se jintalbu jagħmlu test malli jaslu Sqallija.

Aktar qabel mal-ġurnata kemm l-Ambaxxata Taljana f’Malta u l-Virtu Ferries ikkonfermaw li n-nies jistgħu jivvjaġġaw lejn Sqallija minn Malta bl-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin biss.

Kien intqal li dawk biss li m’għandhomx iċ-ċertifikat tat-tilqima jew swab test validu jistgħu jiġu soġġetti għal rapid test mal-wasla tagħhom fi Sqallija.

Iżda jidher li fl-aħħar sigħat dawn ir-regoli nbiddlu u b’hekk tħabbar li minn għada min sejjer Sqallija jrid juri swab test negattiv.

Aktar qabel….

Dawk biss li m’għandhomx iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew swab test validu jistgħu jiġu soġġetti għal rapid test mal-wasla tagħhom fi Sqallija.

Dan ġie wkoll konfermat mill-kumpanija Virtu Ferries li qed issegwi mill-qrib dak li jintqal mill-awtoritajiet tas-saħħa ta’ Pozzallo. Fil-fatt fl-aħħar sigħat l-istess kumpanija infurmat lill-klijenti li dawk li se jivvjaġġaw lejn Sqallija minn Malta jistgħu jagħmlu dan biċ-ċertifikat tat-tilqim tal-UE. Rapporti lokali wkoll ikkonfermaw li passiġġieri Maltin u dawk residenti f’Malta setgħu jidħlu Sqallija biċ-ċertifikat tat-tilqima biss.

L-awtoritajiet reġjonali ta’ Sqallija ħassew il-ħtieġa li jintroduċu dawn it-testijiet għal vjaġġaturi li jaslu bl-ajru u bil-baħar minn Malta wara żieda fil-każijiet bil-varjant Delta. 

It-testijiet se jsiru biss fuq vjaġġaturi li m’għandhomx iċ-ċertifikat Ewropew jew test negattiv.

Din il-kjarifika waslet wara li numru ta’ rapporti lokali qalu li kull min jasal Sqallija minn Malta, jew dawk kollha li kienu f’pajjiżna fl-aħħar 14-il ġurnata, kellhom jippreżentaw riżultat negattiv, apparti miċ-ċertifikat tat-tilqima. 

Ekonomija

Sport