Tuesday, December 24, 2024

AĠĠORNATA: Mosti l-Isptar wara li nqaleb bil-vann fil-Mosta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Misjunarji Maltin fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 71 sena mill-Mosta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vann li kien qiegħed isuq u konsegwentament spiċċa maqlub fuq ġenb.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Kawża ta’ dan l-inċident l-imsemmija triq direzzjoni lejn ir-Rabat kellha tingħalaq għal xi ħin sakemm il-pulizija kompliet għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport