Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNATA: Pulizija jweġġa’ ħafif wara li ntlaqat minn karozza fil-Marsa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Manuel Decelis huwa l-Pulizija li sfortunatament safa midrub waqt insegwiment mill-Pulizija wara persuna mfittxija aktar kmieni fil-Marsa.

Ir-raġel ta’ 25 sena minn Marsaskala li inzerta jaħdem ukoll fil-Korp tal-Pulizija kien fi triqtu lejn ix-xogħol meta safa milqut minn karozza li baqgħet sejra.

Filwaqt li uffiċjali oħrajn, ambulanza u tim mediku assistewh, il-Pulizija kompliet issegwi lir-raġel imfittex minnha sakemm arrestatu ftit tal-ħin wara fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid. Aktar tard, il-kuntistabbli ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

B’rabta ma’ dan l-inċident ikkummenta wkoll il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fejn qal li f’inċidenti bħal tal-lum is-soċjetà taprezza aktar kemm ix-xogħol tal-Pulizija huwa mportanti u anke perikoluż. Huwa esprima wkoll solidarjetà mal-Pulizija li dak il-ħin ma kienx xogħol, u ndarab waqt li kien għaddej miż-żona.

Ekonomija

Sport