Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNATA: Rabti bi ġrieħi serji … tkompli t-tfittxija għall-aggressur

Aqra wkoll

Il-pulizija fi stqarrija kkonfermat li mill-interventi li saru fuq ir-raġel li aktar kmieni ntlaqat minn tir fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli sofra ġrieħi serji.

Fl-ewwel informazzjoni lill-midja mogħtija aktar qabel, il-Pulizija kkonfermaw li r-raġel ta’ 49 sena residenti r-Rabat kien ntlaqat b’tir wieħed fuq in-naħa ta’ wara ta’ spalltu.

Intant it-tfittxija għall-aggressur għadha għadejja.

Aktar Qabel: Sparat tir wieħed … Rabti ta’ 49 sena l-Isptar

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel b’rabta ma’ sparatura li allegatament seħħet f’razzett fil-limiti bejn Ħad-Dingli u l-Imtaħleb.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Pulizija rċeviet rapport għall-ħabta tan-nofsiegħa rigward l-isparatura.

Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza sabiex jingħata l-assistenza medika li għandu bżonn it-tieni persuna involut f’dan il-każ.

Ir-raġel midrub huwa Rabti ta’ 49 sena u skont l-ewwel informazzjoni jidher li fil-każ ġie milqut minn tir wieħed fin-naħa ta’ wara ta’ spalltu. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadha għaddejja.

Sport