Saturday, November 9, 2024

AĠĠORNATA: Raġel ta’ 24 sena jmut wara li ttajjar fil-Marsa

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa tilef ħajtu wara li ntlaqat minn Land Rover Freelander li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-8.00p.m. fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport