Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNATA: Tibda l-laqgħa bejn Nehammer u Putin

Aqra wkoll

Il-laqgħa li kellha ssir illum bejn il-mexxej Awstrijak Karl Nehammer u l-mexxej Russu Vladimir Putin, jidher li bdiet, skont rapporti li waslu mill-midja Awstrijaka. 

L-Awstrija — li mhix membru fi ħdan in-NATO, għal għexieren ta’ snin żammet relazzjoni diplomatika tajba mar-Russja.

Hija kontinwament għamlet l-almu tagħha biex tpinġi lilha nnifisha bħala medjatriċi bejn ir-Russja u l-pajjiżi Ewropej.

IKTAR KMIENI: Il-Kanċillier Awstrijak se jkun qed jiltaqa’ ma’ Putin f’Moska

Il-Kanċillier Awstrijak, Karl Nehammer, illum se jkun qed jivvjaġġa lejn Moska sabiex jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin. Nehammer huwa meqjus bħala l-ewwel mexxej Ewropew li se jiltaqa’ fiżikament mal-mexxej Russu minn mindu faqqgħet il-gwerra Russo-Ukrajna.

Uffiċjali Awstrijaċi qed jgħidu li permezz ta’ din il-laqgħa, Nehammer jixtieq jippromwovi taħditiet bejn Moska u Kyiv u se jkun qed jindirizza wkoll il-kwistjoni ta’ krimini tal-gwerra.

Nehammer nhar is-Sibt li għadda ltaqa’ mal-President Ukren Volodymyr Zelensky.

Ekonomija

Sport