Sunday, April 28, 2024

L-Air Malta ġġorr vaċċini tal-Covid lejn il-Kosta tal-Avorju 

Aqra wkoll

Il-Gvern Malti ta donazzjoni ta’ 200,000 doża tal-vaċċin lill-Kosta tal-Avorju, filwaqt li kompla juri solidarjetà mal-pajjiżi fil-bżonn, b’mod partikolari mal-Afrika Sub-Saħarjana. Din il-kondiviżjoni tal-vaċċini ssegwi sforzi minn Malta biex tipprovdi assistenza relatata mal-COVID-19 lil numru ta’ pajjiżi minn mindu bdiet il-pandemija. 

Nhar il-Ħamis, 7 ta’ April, l-Air Malta operat titjira diretta (KM7510) ta’ ħames sigħat u 45 minuta b’distanza ta’ 2,100 mil nawtiku lejn Abidjan, il-kapitali ekonomika tal-Kosta tal-Avorju. It-titjira li kienet kkoordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, telqet filghodu u ġiet operata bl-aħħar ajruplan Airbus A320neo tal-linja tal-ajru, 9H-NED. 

F’dawn l-aħħar xhur, l-isforzi kollha ta’ Malta għall-kondiviżjoni tat-tilqim rriżultaw fil-ġarr ta’ aktar minn 710,000 doża ta’ vaċċin lil pajjiżi fil-bżonn. Dawn l-isforzi tmexxew b’mod konġunt mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-Ministeru għas-Saħħa, b’ħidma mill-qrib mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 

Matul ix-xhur li għaddew l-Air Malta operat ukoll titjiriet lejn il-Libja, l-Eġittu, il-Għana u lejn ir-Rwanda sabiex twassal il-vaċċini. 

Sport