Il-Pulizija tixtieq tavża lill-pubbliku li t-tfittxija għar-raġel li kien qed jiġi mfittex sa ftit tal-ħin ilu mill-Pulizija ġiet fi tmiemha. Għaldaqstant, hija tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.
Il-Pulizija fi stqarrija maħruġa aktar kmieni qalet li Huan Carlos Farrugia kien qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat sabiex jidher il-Qorti.
Talbet biex kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger jew iċempel, anki b’mod anonimu, fuq il-linji 21224001/ 119 u jiġi kwotat in-numru 5/2022.